Sport

Suċċess ieħor għall-Amerikana Katie Ledecky fir-raba’ Olimpjadi tagħha

Fl-1500 metru freestyle tan-nisa kompla d-dominju tal-Amerikana Katie Ledecky fir-raba’ Olimpjadi tagħha u daqstant suċċessi. Hija rebħet f’ħin rekord Olimpiku ta’ 15-il minuta u 30.02 sekondi qabel Anastasia Kirpichnikova ta’ Franza fi 15-il minuta u 40.35 sekondi, u Isabel Gose tal-Ġermanja fi 15-il minuta u 41.16 sekondi.