Il-kandidat-nominat tal-Partit Repubblikan Donald Trump prova jiżżufjetta bir-razza tal-Viċi President Kamala Harris waqt konvenzjoni tal-ġurnalisti Afro-Amerikani.
Hu qal li sa ftit ilu Harris kienet tiċċelebra l-wirt Asjatiku tagħha. Imma riċentament “saret persuna sewda”, stqarr Trump. Fejn kompla jirredikolaha billi qal li ma kienx jaf li kienet sewda sa ftit ilu.
Kamala Harris qalet li dawn ir-rimarki kienu “l-istess diska” ta’ diżrispett minn naħa tal-Eks President Amerikan. Qalet ukoll li l-poplu Amerikan ħaqqu aktar, u għandu bżonn mexxej li jifhem id-differenzi tal-poplu, mhux jaqsmu.
Kamala Harris hija l-ewwel Viċi President sewda fl-istorja Amerikana, u għanda ġenituri mill-Indja u l-Ġamajka. Hi ffaċċjat ħafna attakki kontriha wara li kkandidat ruħha għan-nominazzjoni tal-Partit Demokratiku.
//= $special ?>