Anas Alahmad ta’ 25 sena ġie mwissi bil-qawwa mill-Qorti t’Għawdex biex ma jerġax jikser il-paċi pubblika wara li nstab ħati li tliet snin ilu wettaq dan ir-reat f’Marsalforn. Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, il-prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fil-5 t’Awwissu tal-2021, filgħaxija, fi Triq ir-Rabat, kantuniera ma’ Triq Frank Debono.
Alahmad instab ħati ta’ din l-akkuża billi rriżulta li l-inċident kien ikkaratterizzat minn skambju ta’ kliem u argument li eskala u li dan seħħ barra mil-limitu. L-akkużat allega fil-Qorti li ġie segwit mir-Rabat, Għawdex, wara li ġibed xi flus minn ATM u li waqt il-ġlieda, fost l-oħrajn, xi ħadd għamillu sikkina m’għonqu.
Huwa qal li għamlu għalih erba’ Sirjani. Huwa ġie mixli wkoll li weġġa’ lil raġel minnhom gravament. Madankollu, Alahmad ma nstabx ħati ta’ din l-akkuża minħabba nuqqas ta’ provi. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti innotat kunflitt fix-xhieda, fosthom dwar meta ġrat l-allegata ġlieda.
//= $special ?>