Persuna suspettata li allegatament kienet qiegħda xxerred materjal estremista fuq l-internet,
ġiet arrestata wara jiem ta’ sorveljanza waqt operazzjoni li seħħet fil-Marsa.
F’ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija, kmieni l-Ħamis filgħodu, l-Pulizija ċċirkondat residenza fejn kien qiegħed joqgħod l-allegat suspettat, raġel ta’ 23 sena ta’ nazzjonalita’ Sirjana.
Malli nduna bil-preżenza tal-Pulizija, huwa tela’ fuq il-bejt u qabeż madwar żewġ sulari sabiex
jaħrab, madankollu huwa kien arrestat mill-ewwel.
Ir-raġel, li qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana, mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-1900, quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco.
Fl-istess operazzjoni, l-Pulizija għamlet tfittxijiet b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari u rriżulta li disa’ rġiel oħra kienu qegħdin jrrisjedu f’Malta b’mod irregolari.
L-irġiel ta’ nazzjonalità Sirjana ttieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni, u se jkunu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew fil-pajjiż li għandhom permess jirrisjedu fih.
//= $special ?>