Jiddomina l-aħbarijiet dak li seħħ f’Pariġi fil-ġlieda boxing tan-nisa mill-kategorija 66 kg bejn Imane Khelif tal-Alġerija u Angela Carini tal-Italja. Wara biss 46 sekonda Carini rtirat. Ir-raġuni kienet li qalgħet daqqa li skont hi fil-karriera tal-boxing qatt ma ħassitha kontra boxer mara.
Ir-raġuni li Imane Khelif hija waħda mill-boxers li fl-2023 ma kinetx aċċettata li tiġġieled fil-Kampjonat tad-Dinja minħabba li flimkien ma’ boxer oħra miċ-Ċina, Taipei Yu Ting, kienet irriżultat pożittiva għal kromożomi X Y li normalment jinstabu f’ġisem ta’ raġel.
Carini għarkupptejha fir-ring, nisslet li mhux sew li kellha tiġġieled kontra Khelif.
//= $special ?>