Sport Sport Ieħor

Iċ-Ċina jkomplu jżidu fil-midalji tad-deheb bir-rebħa fil-finali tal-għadis sinkronizzat tal-irġiel

(Ritratt: EPA)

Il-koppja Ċiniża Daoyi Long u Zongyuan Wang rebħu d-deheb fl-għadis sinkornizzat tal-irġiel biex rebħu t-13-il midalja tad-deheb għal pajjiżhom f’din l-edizzjoni. Din ir-rebħa waslet permezz ta’ distakk minimu ta’ żewġ punti biss mill-koppja Messikina li temmew fit-tieni post.

Kienu l-atleti Juan Manual Celaya Hernandez u Osmar Ibarra Oliviera li temmew fit-tieni post u rebħu l-fidda.

Fit-tielet post temmew il-koppja mir-Renju Unit Anthony Harding u Jack Laugher.