Fil-purċissjoni ta’ Marija Immakulata fil-Ħamrun fis-7 ta’ Lulju, il-vara ta’ Marija Immakulata ġiet mogħtija l-warda tad-deheb, wara li l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni ċċelebrat 45 sena mit-twaqqif tagħha, flimkien mad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni li iċċelebraw il-170 sena tagħha.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu qed iseħħu biex tiġi mfakkra dan l-avversarju u, anke bħala turija ta’ imħabba lejn Marija Immakulata.
Il-President tal-Għaqda Mużikali Antoine Scicluna saħaq li “din il-warda ser tkompli tgħaqqad l-Għaqda Mużikali mal-parroċċa u ser tibqa’, għal dawk ta’ warajna, tifkira ta’ dawn l-anniversarji”.
Il-President Antoine Scicluna kompla jgħid “li din il-warda mhux biss ġest ta’ qima imma meta nħarsu lejha għadna niftakru li ilkoll għandna OMM li qegħda dejjem hemm tistenniena ħalli tkun it-tmun tal-ħajja tagħna”.
Barra minn hekk, fil-jum tat-twaqqif tagħha, l-Għaqda Mużikali se tkompli biċ-ċelebrazzjonijiet tagħha, hekk kif fid-29 ta’ Awwissu se issir quddiesa fis-6.30 ta’ filgħaxija quddiem is-sede tal-Każin fil-Pjazza Kappillan Muscat immexxija mill-Kappillan Fr Franco.
Waqt dan l-avveniment, ser jiġu mnedija diversi kotba għat-tfal fl-iskejjel dwar il-mużika, il-Ħamrun, il-banda u l-Paroċċa.
L-Għada, fit-30 t’ Awwissu, l-Għaqda Mużikali mistennija torganizza attività Diverse Fest fil-Pjazza Kappillan Muscat, fis-7.30pm, fejn se jiġu milqugħa diversi nazzjonalitajiet b’kulturi differenti. Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn.
//= $special ?>