Sport

Il-walk race tan-nisa fl-ewwel ġurnata tal-atletika

Fl-ewwel ġurnata tal-atletika, l-ewwel kompetizzjoni kient il-walk race tan-nisa fuq distanza ta’ 20 kilometru. Filwaqt li fl-aħħar fażi rtirat Antonella Palmisano tal-Italja rebbieħa tal-midalja tad-deheb f’Tokjo, fl-ewwel post fir-rotta ta’ Trocadero daħlet Jiayu Yang taċ-Ċiina f’siegħa, 25 minuta u 54 sekonda li kien distakk ta’ 25 sekonda minn Maria Perez ta’ Spanja, u 31 sekonda minn Jemima Montag tal-Awstralja.

Il-kategorija tal-irgiel fuq l-istess distanza ntrebħet minn Brian Daniel Pintado tal-Ekwador f’siegħa 18-il minuta u 55 sekonda. Din kienet l-ewwel midalja tad-deheb għall-Ekwador f’din l-edizzjoni. Pintado rebaħ b’distakk ta’ 14-il sekonda minn Caio Bonfim tal-Brażil u 16-il sekonda minn Alvaro Martin ta’ Spanja li temm sekonda qabel Massimo Stano tal-Italja.