Kważi f’kull ġurnata tal-ġimgħa, l-udjenzi ta’ Net News jissuperaw l-istazzjon kompetitur tal-Partit Laburista. Biċ-ċifri li ġew ippubblikati mill-Awtorità tax-Xandir juru li Net News jibqa’ l-aktar popolari.
Fil-ġurnata tat-Tnejn, l-udjenza titla’ għal kważi 80,000 – ferm aktar mis-Super One.
L-Erbgħa, huma aktar minn 78,000 dawk li jsegwu Net News. Dan filwaqt li fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-udjenza tlaħħaq madwar 57,000.
Imbgħad, fil-ġurnata tas-Sibt l-udjenzi ta’ Net News jaqbżu s-62,000.
Il-Ħadd, l-udjenzi li jsegwu l-bulettini taż-żewġ stazzjonijiet jinsabu kważi fl-istess ilma.
//= $special ?>