Miexi kif mistenni l-pjan tal-klikka ta’ Joseph Muscat sabiex tieħu f’idejha t-tmexxija tal-Partit Laburista. Dan hekk kif illum, Jason Micallef ikkonferma li se jikkontesta għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.
Micallef qal li wasal għal din id-deċiżjoni wara jiem twal ta’ laqghat, diskussjoni, u ħafna ħsieb. U qed jilqa’ s-sejħa minn għadd kbir ta’ delegati tal-Partit Laburista sabiex fit-13 ta’ Settembru li ġej, jikkontesta għal Deputy Leader.
Jason Micallef stqarr ukoll illi l-Labour għandu bżonn jiġġedded mill-għeruq tiegħu.
//= $special ?>