Sport

Jitilfu t-timijiet Maltin fil-futbol Ewropej

Sliema Wanderers u Floriana tilfu u m’għaddewx għar-round li jmiss. Wara li li ġimgħa ilu fl-Armenja FC Noah kienu għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor kbir ta’ 7 – 0, il-partita ta’ ritorn fis-Centenary Stadium, kienet biss formalità u kisbu biss draw. Floriana wkoll tilfu away bl-iscore ta’ 4 -0 u nqalgħu mill-kompetizzjoni Ewropea.

Fit-Tieni Leg, Rawnd ta’ kwalifikazzjoni fl-Europa Conference League, fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, Sliema Wanderers u FC Noah ġew draw ta’ mingħajr gowls. Ebda gowl u ftit kienu l-azzjonijiet bl-uniku fattur minn din il-partita kien li Sliema żammew l-iskor intatt u pattew xi ftit għall-wirja ta’ ġimgħa ilu. Għall-partita Sliema kellhom bħala goalkeeper lil Kelvin Agu li ħa post Josip Blender.

Fir-rawnd li jmiss FC Noah jilagħbu kontra AEK ta’ Ateni.

Mill-istess kompetizzjoni, f’Estadio Alfonso Henriques, Vitoria de Guimaraes rebħu lil Floriana bl-iskor ta’ 4-0 – riżultat li permezz tiegħu Vitoria għaddew għar-rawnd li jmiss b’aggregate ta’ 5 – 0 . Għat-tim immexxi minn Darren Abdilla, kienu vitali l-ewwel minuti fejn Floriana sofrew żewġ gowls. Fit-8 minuta minn azzjoni ta’ Ricardo Mangas kien KAIO li għeleb lil Mafoumbi. Tliet minuti wara minn cross ta’ Tiago Silva kien JORGE FERNANDES li għamel l-iskor 2 – 0 għat-tim immexxi minn Rui Borges.

Reazzjoni sterili minn Floriana hekk kif fis-37 minuta sofrew it-tielet gowl meta minn azzjoni ta’ Bruno Gaspar kien RICARDO MANGAS li għeleb lil Christoffer Mafoumbi. Fit-43 minuta kien mill-ġdid MANGAS li minn azzjoni ta’ Kaio kompla jkabbar l-iskor għal 4 – 0 .

Riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima u eventwalment il-partita.