Sport

L-aħħar partita uffiċjali għall-Britanniku Andy Murray

Il-kwartifinali tad-doubles tal-irġiel tal-Olimpjadi fir-Roland Garros – f’dik li tista’ titqies bħala l-aħħar partita uffiċjali għall-Britanniku Andy Murray – flimkien ma’ Daniel Evans, il-koppja tar-Renju Unit sfat eliminata mill-Istati Uniti permezz ta’ Tommy Fritz u Tommy Paul. Wara li l-Istati Uniti rebħet l-ewwel set 6 – 2 reazzjoni minima mir-Renju Unit li eventwalment tilfet wkoll it-tieni set 6 – 4 bl-Istati Uniti fis-semi finali.

Intant, fis-semifinali tas-singles tan-nisa fil-Court Philippe Chatrier, is-seed nr.1 fil-kompetizzjoni Iga Swiatek tal-Polonja sfat eliminata mis-seed nr. 6 Qinwen Zheng taċ-Ċina. Wara li Zheng iddominat għal kollox l-ewwel set li rebħet 6 – 2, waslet ir-reazzjoni minn Swiatek fit-tieni set. Madankollu kienet Zheng li għalqet is-semifinali 7 –  5 fejn fil-finali tilgħab kontra seed nr. 33 Donna Vekic tal-Kroazja.