Sport Sport Ieħor

L-aħwa Sinkovic jiddefendu t-titlu Kroat fil-qdif tal-irġiel

(Ritratt: EPA)

Rebħa stupenda għall-aħwa Martin u Valent Sinkovic mill-Kroazja biex iddefendew it-titlu tagħhom u ċaħdu lill-koppja mir-Renju Unit milli jirbħu d-deheb fil-finali tal-qdif tal-irġiel.

Oliver Wynne Griffith u Tom George kienu fl-ewwel post għall-maġġoranza tal-ħin, madankollu l-aħwa Sinkovic wettqu rimonta kbira fl-aħħar 50m biex daħlu fl-ewwel post b’vantaġġ ta’ 0.45 sekonda.

Iċ-champions tad-Dinja renjanti Roma Roeoesli u Andrin Gulich temmew fit-tielet post u rebħu l-Bronż.