Il-Pulizija fi Franza fetħet investigazzjoni fil-konfront ta’ Thomas Jolly, id-Direttur Artistiku responsabbli għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi, wara li hu spiċċa suġġett għal diversi theddid.
Thomas Jolly saħaq fi stqarrija li hu kien irċieva numru ta’ messaġġi u insulti fuq il-media soċjali….Messaġġi li fuq kollox ikkundannawh dwar l-orjentazzjoni sesswali kif ukoll dwar l-oriġini tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni ta’ Pariġi qalet li Jolly ressaq ilment mal-Pulizija Franċiza wara li beda’ jirċievi numru ta’ theddid u insulti fil-pubbliku bħala l-moħħ wara x-xena kontroversjali taċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi f’Pariġi.
Iċ-ċerimonja qanqlet mewġa ta’ ilmenti u rabja fost il-pubbliku wara li kritiċi qalu li l-ispettaklu kien intiż biex jirredikola l-pittura tal-Aħħar Ċena tal-famuż Leonardo da Vinci….Pittura li turi lil Ġesu Kristu madwar mejda flimkien mal-appostli tiegħu.
L-Uffiċċju Ċentrali ta’ Franza għall-Ġlieda Kontra r-Reati tal-Umanità u r-Reati Kontra l-Mibegħda se tkun qed tmexxi dan il-każ partikulari.
,