Il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Ungerija biex tispjega d-deċiżjoni riċenti biex tiffaċilita l-kriterji tal-visa għaċ-ċittadini tar-Russja u l-Belarus…Sitwazzjoni li tista’ tippermetti biex persuna ‘non grata’ tiżgiċċa r-regoli tal-Unjoni Ewropea taħt sistema li ddgħajjef il-kriterji tas-sigurtà fiz-Zona Schengen li tippremetti l-moviment ħieles għaċ-ċittadini tal-Istati firmatarji
Ylva Johansson, il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni, qalet li r-Russja timponi theddida għas-sigurtà u li l-Ewroppa teħtieġ iżżid u mhux tnaqqas il-livell ta’ viġilanza.
Intant, l-inkwiet qed jikber li s-sigurtà għall-Ewropej kollha għandha tbati minn sitwazzjoni li tippermetti aċċess faċli ( fil-pajjiżi tal-UE) għall-ispjuni potenzjali u aġenti mir-Russja li jispeċjalizzaw f’azzjonijiet ta’ sabutaġġ.
Intant Johansson, issa, qed tindirizza l-bidliet għall-iskema tad-Dokument Nazzjonali tal-Ungerija u li fost oħrajn jimminimizzaw l-iskrutinju tal-‘istorja u l-kondotta’ tal-ħaddiema barranin fis-setturi speċifiċi.
//= $special ?>