Lokali

“Mhux aċċettabbli li l-ħaddiema u n-negozji Maltin jagħmlu telf minħabba l-inkompetenza tal-Gvern” – PN

Wara li Robert Abela u Miriam Dalli qalulna li din is-sena mhux se jinqata’ d-dawl, minħabba l-inkompetenza tagħhom, qed ikollna sajf ta’ qtugħ kontinwu tad-dawl.

Din l-inkompetenza qed twassal biex ikun hemm effett negattiv fuq l-ekonomija Maltija.

Dak li ġara lbieraħ f’Bulebel, fejn diversi fabbriki kellhom jibgħatu n-nies id-dar minħabba l-inkompetenza ta’ Robert Abela u Miriam Dalli, hu eżempju ċar ieħor tal-effett negattiv li qed ikollu l-qtugħ kontinwu tad-dawl fuq l-ekonomija, in-negozji u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Dan intqall fi stqarrija minn Ryan Callus ix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u Jerome Caruana Cilia Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża.