Sport

Rekord Olimpiku mill-Kanada fl-għawm

Midalja tad-deheb u Rekord Olimpiku fl-għawm f’Pariġi, minn Summer McIntosh tal-Kanada fil-finali tal-200 metru butterfly tan-nisa.

Summer McIntosh għad għandha 17-il sena u kisret ir-rekord f’2 minuti u 3.03 sekondi, waqt li fit-tieni post ġiet Regan Smith tal-Istati Uniti b’distakk ta’ .81 ta’ sekonda, u Yufei Zhang taċ-Ċina b’distakk sostanzjali ta’ 2 .06 sekondi.

Fil-finali tal-200 metru backstroke tal-irgiel, midalja tad-deheb għal Hubert Kos tal-Ungerija b’1 minuta u 54.26 sekondi qabel Apostolos Christou tal-Grecja b’1 minuta u 54.82 sekondi u Ronan Mityukov tal-Izvizzera b’1 minuta u 54.85 sekondi.