Lokali

RIŻENJA OĦRA MINN KASTILJA: Titlaq il-konsulenta Claire Azzopardi

Net News jinsab f’pożizzjoni li jikkonferma r-riżenja ta’ Claire Azzopardi li kienet konsulenta f’Kastilja għall-komunikazzjoni – riżenja li tikkonferma l-inkwiet kbir li għandu madwaru l-Prim Ministru bħalissa.

Dan is-sit jista’ jiżvela li Azzopardi irreżenjat wara ġlieda li kellha maċ-Chief of Staff il-ġdid ta’ Kastilja, Mark Mallia. Bis-sorsi tagħna jgħidulna li Mallia diġa’ beda fuq sieq ħażina, prattikament ma’ kulħadd – u l-ftit li qed jikkoperaw miegħu “qed jaħdmu kontrih minn wara dahru”.

Din il-ġimgħa, Net News kien żvela li anke Aleander Balzan se jitlaq minn Kastilja.