Lokali Qorti

Tkompli tippersisti l-problema ta’ qtugħ tad-dawl

Bdejna x-xahar ta’ Awwissu u għal darba oħra partijiet minn Malta reġgħu spiċċaw bla dawl. Fil-fatt il-bieraħ filgħaxija u anke matul il-lejl numru ta’ residenti ma kellhomx provista tal-elettriku fil-lokalitajiet ta’ Ħaz Żebbuġ, ħ’Attard, Birkirkara u Ħal-Balzan.  

Fost dawk li ntlaqtu wkoll kien hemm il-lokalità ta’ Fleur de Lys. Kollox jindika li ta’ l-anqas sakemm tibda taħdem il-power station li ġab il-Gvern f’nofs Awwissu u li taħdem bid-diesel, kollox jindika il-problema se tkun qed tippersisti.