Lokali

ABELA DWAR JASON MICALLEF: “Meta żmienek tkun għamiltu, terġax lura”

“L-arloġġ m’għandux jiddawwar lura. Meta żmienek tkun għamiltu, terġax lura”.

Hekk wissa l-Mexxej Laburista Robert Abela wara li Jason Micallef ħabbar uffiċjalment li se jikkontesta għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. B’Micallef qed ikun imbuttat mill-klikka ta’ Joseph Muscat, biex isaħħu l-influwenza tagħhom fil-Labour.

Dwar din in-nomina ta’ Micallef li hu sejjaħ “diċerija”, Robert Abela wissa’ li l-partit tiegħu għandu jinfetaħ u mhux jingħalaq kif ġara fil-passat; botta diretta lejn il-perijodu għal meta Micallef kien Segretarju Ġenerali.

Il-Prim Ministru qal li fl-aħħar mill-aħħar huma d-delegati li jridu jiddeċiedu. U insista kull min jikkontesta għandu jappella għall-middle ground.

“Il-ġudizzju jridu jagġmluh id-delegati, u jien għandi vot daqs id-delegati”.