Ċivili f’Gaża spiċċaw jgħixu qalb l-għelieqi, ir-ramel, u qraba bla ħajja f’dik li qed tkun meqjusa bħala l-agħar stat ta’ kundizzjonijiet possibli.
Issa jidher li baqa’ biss territorju wieħed biss fejn iċ-ċivili jistgħu jgħixu, magħruf bħala al Mawasi fejn wieħed lanqas biss isib strutturi umani li wieħed jista’ jgħix fihom.
Skont il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael, madwar 1.9 miljun qed jgħixu f’din iz-zona hekk kif m’għandhomx għażla oħra.
Ingħadd li Iżrael iddeżinja dan it-territorju bħala ‘zona umanitarja’ fejn iċ-ċivili jistgħu jsibu serħan mill-ġlied – iżda l-aġenziji tal-għajnuna internazzjonali qed jargumentaw li al Mawasi la huwa uman u wisq inqas sigur hekk kif qed jikser kull liġi internazzjonali.
Din l-istrixxa tal-kosta qatt ma ġiet meqjusa bħala adattata għall-abitazzjoni, hekk kif dawk fiz-zona bilkemm għandhom biżżejjed ilma tax-xorb – l-iktar ħaġa bażika tal-ħajja. B’għexieren qed jispiċċa jibnu xelters bażiċi mal-konfini ta’ ċimiterju li qed jintuża’ s’issa.
Dan apparti munzelli kbar ta’ żibel u drenaġġ kull fejn tħares li qed jiddominaw it-territorju b’riżultat li n-nies qed jispiċċaw jimirdu.
//= $special ?>