Lokali

Il-vara ta’ San Gejtanu se tittella’ Ruma f’Settembru li ġej

Fl-okkażjoni tal-500 anniversarju mill-Ordni tat-Teatini, is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun, fil-Ħamrun ħabbret li f’Settembru li ġej, ser tittella’ l-vara maestuża ta’ San Gejtanu f’Ruma, akkumpanjata mill-Banda San Ġużepp.

Din il-mawra se ssir bejn l-10 u l-15 ta’ Settembru li ġej, u kif spejgalna is-Segretarju tal-Għaqda Efrem Buttiġieġ, peress li din is-sena is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun, fil-Ħamrun qed tiċċelebra l-135 sena mit-twaqqif tagħha, b’dedikazzjoni kbira .. is-Soċjetà ħolqot programm imżewwaq, kemm mill-aspett kulturali u anka mill-aspett mużikali sabiex il-kontinġent Malti li tiela’ Ruma għal din l-esperjenza unika li se tittnaqax fl-istorja tal-għaqda, igawdi l-aqwa esperjenza.

Is-Segretarju tal-Għaqda Efrem Buttiġieġ spejagalna li l-konkorrenza għal dan l-avveniment storiku hija tajba ħafna, għax b’kollox, il-kontinġent Malti ser ikun magħmul minn 225 ruħ.

Min- naħa tiegħu, l-Assisstent Segretarju tas-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħamrun, fil-Ħamrun, Roderick Cristina stqarr li ġie mfassal programm estensiv sabiex il-Banda San Ġużepp issemma leħinha f’kull okkazzjoni, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Justin Martin.