Illum is-Sibt, 3 ta’ Awwissu fi Pjazza Teatru Rjal se tittella’ edizzjoni oħra tal-festival L-Għanja tal-Poplu bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown. Dan huwa festival li dejjem offra livel għoli ta’ kanzunetti wħud minhom jiddokumentaw il-polz attwali ta’ Malta u l-Maltin.
Din se tkun it-48 edizzjoni bl-ewwel festival ittella’ 51 sena ilu mill-Youth Travel Circle (YTC) fil-Belt Valletta. Kien festival bejn il-ħbieb li kien ħareġ rebbieħ Charles Azzopardi bil-kanzunetta ‘Il-Warda’ miktuba minn Charles Casha. L-Għanja tal-Poplu baqa dejjem jikber u jiġbed lejh żgħażagħ kif ukoll artisti ta’ esperjenza li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.
L-edizzjoni tas-sena l-oħra kienet intrebħet mill-kanzunetta ‘Il-Baħħ u Jien’ miktuba minn Natasha Grima u mużika tal-aħwa Natasha Grima u Charlene Grech b’interpretazzjoni ta’ Christian Arding.
Għal din l-edizzjoni kien hemm 120 kanzunetta sottomessa li minhom ġew magħżula 41 kanzunetta għas-semifinali. Aktar tard dawn ġew interpretati quddiem ħames ġurati li minnhom intgħażlu l-aħjar 16-il kanzunetta.
Il-kanzunetti finalisti ta’ L-Għanja tal-Poplu huma: Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur,Kompożitur)
01. ‘Jien Min Jien’ – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella)
02. ‘Daqqa ta’ Pinna’ – Cherylis (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
03. ‘Jiena Missier’ – Dominic Cini (Etienne Micallef, Philip Vella)
04. ‘Straight’ – Lon Kirkop (Kantawtur)
05. ‘Bil-Jekk u Bil-Jewilla’ – Thea Gauci (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
06. ‘Fissidni’ – Dario Bezzina (Kantawtur)
07. ‘Munita B’Żewġ Uċuħ’ – Kayley Cuschieri (Paul Ellul, Mark Scicluna)
08. ‘Tgħanniqa’ – Leontine (Etienne Micallef, Dominic Cini)
09. ‘Kanna Kanun’ – JAMM Band (Mark Cachia)
10. ‘Dik L-Id’ – Jasmine Farrugia (Paul Ellul, Aldo Spiteri/ Bradley Spiteri/ Liam Spiteri)
11. ‘Nafu Nħobbu Wkoll’ – Anna Azzopardi (Joe Julian Farrugia, Mark Spiteri Lucas)
12. ‘Il-Poeta ta’ Ftit Kliem’ – Mark Tonna (Etienne Micallef, Dominic Cini)
13. ‘Namra’ – Florence Aquilina (Kantawtur)
14. ‘Inkiss Inkiss’ – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
15. ‘Għażiża’ – Laura Bruno (Mark Spiteri Lucas)
16. ‘Qsamt it-Triq’ – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant)
Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena huma Renato Micallef li se jingħata rikonoxximent għall-
kontribut kbir li ta lill-mużika Maltija, u l-kantant tal-kanzunetta rebbieħa tal-aħħar edizzjoni,
Christian Arding.
L-Għanja tal-Poplu 2024 se jkun ippreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea
Loffreda.
Biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit www.ticketline.com.mt. Għal aktar informazzjoni żur is
sit www.ghanjatalpoplu.org. Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’ kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
//= $special ?>