Internazzjonali

Jinqatlu mill-inqas 32 persuna f’attakk terroristiku li sar fuq bajja fis-Somalja

Mill-inqas 32 persuna ġew maqtula waqt attakk terroristiku li seħħ fuq bajja fis-Somalja filwaqt li 63 persuna oħra qed isofru minn xi ġrieħi f’attakk li seħħ permezz tal-bombi.

L-attakk seħħ fuq bajja popolari fil-kapital Mogadishu b’filmati juru iġsma ta’ persuni bla ħajja fuq din l-istess bajja filwaqt li għexieren oħra jiġru ‘l bogħod mill-aggressuri.

Il-Pulizija tal-lokal qalet li wieħed mill-aggressuri qatel ruħu b’idejh filwaqt li tlieta oħra ġew maqtula mill-membri tal-Pulizija. Persuna oħra qed tinżamm f’ċella għal iktar investigazzjonijiet.