Internazzjonali

Jitneħħa l-aċċess ta’ Instagram fit-Turkija wara li ġie assassinat il-mexxej tal-Hamas

Il-Ġimgħa tneħħa l-aċċess ta’ Instagram fit-Turkija wara li saħansitra bdew jitneħħew posts li kienu qed iwasslu l-kondoljanzi tagħhom għall-qtil tal-mexxej tal-Hamas, Ismail Haniyeh.

L-Awtorità tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni li tirregola l-internet fit-Turkija wettqet din l-azzjoni bla ma tat raġuni warajha.

Il-President tat-Turkija kien ikkritika t-tmexxija ta’ Instagram li kienu qed iħassru posts b’messaġġi dwar Haniyeh.

Ma kien hemm l-ebda reazzjoni mit-tmexxija ta’ Instagram hekk kif madwar 50 miljun persuna mit-Turkija kienu jagħmlu użu minn din il-pjattaforma.