Ċkejken ta’ 14-il xahar jista’ jgħoddha b’waħda wara li waqa’ m’għola 3 metri f’pajp dejjaq li kien hemm fl-art.
L-inċident seħħ f’Kansas, l-Istati Uniti fejn membri tal-Protezzjoni Ċivili wettqu ħidma biex itellgħu liċ-ċejken, Bentley.
Huwa ttella’ qawwi u sħiħ tant li lanqas biss kellu bżonn li jingħata trattament fi sptar. Iċ-ċkejken ngħata biss attenzjoni medika fil-post minn tim mediku li kien hemm jassisti.
//= $special ?>