Lokali

Qormi ta’ 24 sena jsofri ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-Buggy li kien qed isuq

Żagħżugħ Qormi ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll u nqaleb bil-Buggy Polaris RZR li kien qed isuq fil-5:30 am fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.

Tim mediku ġie msejjaħ fil-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.