Raġel ta’ 64 sena residenti Santa Luċija tilef ħajtu wara li waqa’ madwar erba’ sulari f’bokka ta’ lift waqt li kien qed jagħmel xi xogħol lil xi qraba f’blokka ta’ appartamenti fi Triq Stella Maris, Tas-Sliema għal ħabta ta’ nofsinhar.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fil-post.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>