Internazzjonali

SUNDERLAND: Għassa tal-Pulizija ngħatat in-nar wara li grupp ta’ persuni niżlu jipprotestaw

Tmien persuni ġew arrestati f’Sunderland akkużati b’serq u b’vjolenza wara li għadd ta’ persuni niżlu fit-toroq jipprotestaw.

Jidher li l-protesti, li saru f’Keel Square, bdew wara attakk bis-skieken li seħħ f’Southport.

Il-protesti ma kienux paċifiċi tant li tliet uffiċjali tal-Pulizija kellhom jittieħdu fi sptar għall-kura meħtieġa wara li sofrew minn xi ġrieħi, bi tnejn minnhom li sofrew minn ġrieħi gravi. Bid-dimostranti li mhux biss bdew iwaddbu l-oġġetti lejn il-Pulizija iżda saħansitra qabdu bin-nar għassa tal-Pulizija.

Id-dimostranti saħansitra kissru kull ma sabu quddiemhom, b’karozza li nqalbet rasha ‘l isfel u ngħatat in-nar, filwaqt li fetħu l-fire extinguishers fuq il-Pulzija.