Justin Timberlake qed jaffaċja akkużi li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol tant li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġie sospiża sakemm ikomplu jinstemgħu l-provi fil-Qorti.
Timberlake kien ġie arrestat fit-18 ta’ Ġunju wara li baqa’ għaddej minn fuq stop sign u saħansitra naqas milli jieqaf mal-ġenb tat-triq.
Għas-seduta f’Sag Harbor, New York, Timberlake attenda online hekk kif bħalissa għaddej b’tour fl-Ewropa.
Timberlake qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Meta ġie mwaqqaf, Timberlake kellu riħa qawwija ta’ alkoħol fuqu filwaqt li wera s-sinjali kollha li jinsab taħt l-influwenza. Dan apparti li huwa rrifjuta li jsirlu breathalyser test u mar ħażin ferm fis-sobriety tests.
//= $special ?>