Il-boxer Cindy Ngamba, aċċertat li se tikseb l-ewwel midalja għat-tim Olimpiku tar-Refuġjati meta għelbet lil Davina Michel biex b’hekk avvanzat għas-semifinali fil-kategorija tal-75kg tan-nisa.
Ngamba li twieldet il-Kamerun u mxiet lejn l-Ingilterra meta kellha 10 snin biss, ma tistax tirrappreżenta lit-tim Britanniku hekk kif m’għandhiex passaport Britanniku.
It-tim tar-refuġjati beda jikkompeti fl-Olimpjadi fl-2016 f’Rio. Fis-semifinali Ngamba se tkun qed tiġġieled kontra Atheyna Bylon tal-Panama.
//= $special ?>