Sport Sport Ieħor

Enea Bastianini jirbaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Ducati Lenovo Enea Bastianini rebaħ il-Grand Prix ta’ Silverstona wara weekend mill-aqwa. Hu rnexxielu jtemm qabel Jorge Martin u ċ-champion renjanti Francesco Bagnaia li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Bagnaia kellu bidu mill-aqwa fejn minkejja li ma bediex fuq quddiem nett irnexxielu jieħu kontroll tat-tellieqa mill-bidu wara li qabeż lil Aleix Espargaro li beda mill-pole.

Jorge Martin irnexxielu wkoll jieħu kontroll fit-tellieqa iżda żball tattiku lejn l-aħħar tat-tellieqa ta’ vantaġġ lil Bagnaia.

Fir-raba’ post temm Marc Marquez u kien segwit minn Fabio Di Giannantonio. Aleix Espargaró u Álex Márquez temmew fis-sitt u fis-seba’ post rispettivament filwaqt li Marco Bezzecchi temm fit-tmien post.

Fid-disa’ post temm Pedro Acosta u kien segwit minn Franco Morbidelli.