Futbol Sport

Ikomplu jintensifikaw it-tħejjijiet tat-timijiet mill-Premier League

Hekk kif ninsabu ftit anqas minn ġimagħtejn bogħod mill-bidu ta’ staġun ieħor tal-futbol Ingliż, numru ta’ timijiet matul tmiem il-ġimgħa kienu involuti f’numru ta’ partiti ta’ ħbiberija.

Liverpool għelbu lil Manchester United 3-0 filwaqt li Manchester City għelbu lil Chelsea 4-2. Crystal Palace għelbu lil West Ham 3-1 u Wolves għelbu lil RB Leipzig 3-0. Tottenham minn naħa l-oħra, kienu megħluba 2-1 minn Bayern Munich.

Intant matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd fl-Istati Uniti ntlagħbet ukoll partita ta’ ħbiberija bejn Real Madrid u Barcelona bl-iskor finali jkun ta’ 2-1 favur Barcelona.

Nhar is-Sibt li ġej jitla’ s-siparju fl-Ingilterra bl-ewwel partita tkun il-finali tal-Community Shield bejn Manchester City u Manchester United.

Liverpool jirrifjutaw offerta għal Carvalho

Intant fl-aħħar sigħat, Liverpool irrifjutaw offerta għal Fabio Carvalhom mingħand Southampton. Jidher li l-offerta kienet ta’ 15-il miljun sterlina b’Liverpool mill-ewwel jirrifjutaw din l-offerta hekk kif tidher li tinsab ‘il bogħod mill-valur tagħhom għal dan il-plejer.

Atletico Madrid interessati f’Julian Alvarez

Atletico Madrid fl-aħħar sigħat urew interess fl-attakkant ta’ Manchester City Julian Alvarez. Jidher li l-interess fil-plejer mhuwiex ġej biss minn Spanja hekk kif numru ta’ klabbs fl-Ingilterra wkoll qed juru interess fl-attakkant Arġentin fejn City jidher li qed jitolbu aktar minn 80 miljun sterlina.

Juventus viċin li jakkwistaw lil Todibo u Koopmeiners

Juventus jinsabu viċin ferm li jikkonfermaw lid-difensur ta’ Nice Jean-Clair Todibo. Intant it-tim ta’ Thiago Motta qed ikompli bin-negozjati ma’ Atalanta biex jakkwista lill-midfielder Teun Koopmeiner mingħand Atalanta.