Ġimgħa wara ġimgħa, avviż wara avviż, aktar bajjiet qed jingħalqu minħabba kontaminazzjoni.
Is-Sibt, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika avża li mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja taħt il-Pjazza ta’ Buġibba, f’San Pawl il-Baħar. Dan minħabba possibbiltà ta’ kontaminazzjoni li setgħet affettwat il-kwalità ta-ilma tajjeb għall-għawm, u li għalhekk dan il-fattur jista’ jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema.
Is-sitwazzjoni tal-bajjiet ilha ġimgħat sħaħ toħloq kontroversji. Speċjalment wara li żbroffa drenaġġ fil-bajja tal-Balluta. Dan apparti li anke fiz-zona ta’ Birżebbuġa, għal xi żmien, kien hemm kontaminazzjoni.
Iżda l-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jghid li m’hawnx problemi ta’ drenaġġ fil-baħar.
Apparti minn hekk, huwa evidenti li l-Ministri ta’ Robert Abela m’għandhom l-ebda soluzzjoni għal din il-problema, li qed taffettwa kemm lir-residenti Maltin kif ukoll lil bosta tursisti li jiġu f’pajjiżna proprju biex igawdu l-bajjiet ta’ pajjiżna.
B’kuntrast, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilu jsostni li Robert Abela huwa responsabbli għal din il-kriżi. Il-Partit Nazzjonalista saħaq li l-kontaminazzjonijiet tal-baħar hija riżultat tan-nuqqas ta’ investiment fl-infrastrutura wara żieda enormi fil-popolazzjoni.
//= $special ?>