Lokali

Aġġornata: Mara ta’ 48 sena ssofri ġrieħi ħfief wara li vettura baqgħet dieħla f’ħajt

Mara ta’ 48 sena ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li l-karozza li kienet riekba fiha tilfet il-kontrol u baqgħet dieħla f’ħajt fi Triq il-Barrani, limiti taż-Żurrieq.

Il-każż seħħ il-Ħadd għal ħabta tal-16:30, meta għal xi raġuni s-sewwieq raġel ta’ 48 sena minn Marsascala tilef il-kontroll tal-vettura, Nissan Qashqai u baqa’ dieħel f’ħajt. Fil-karozza kien hemm ukoll mara ta’ 48 sena minn Marsaskala.

Il-mara ittiehdet l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.