Il-boxer mit-Taiwan Lin Yu-ting hija t-tieni atleta li kienet f’kontroversja minħabba l-ġeneru tagħha.
Yu-ting żammet il-midalja tagħha wara li waslet sas-semifinali fil-kategorija featherweight tan-nisa fejn għelbet lil Svetlana Staneva wara deċiżjoni unanima.
Il-boxer mit-Taiwan kienet f’kontroversja simili bħal dik tal-boxer Alġerina Imane Khelif, fejn ukoll kienet imwaqqfa mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Boxing milli tikkompeti fil-Kampjonati tad-Dinja tal-boxing.
Jidher li ż-żewġ atleti fallew it-test ta’ eliġibbiltà tal-ġeneru. Dan Roan, li huwa ċ-Chief Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Boxing, qal li fiż-żewġ każijiet instabu kromożomi XY.
Minn naħa l-oħra l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qajjem dubji dwar il-validità tat-testijiet u qal li m’hemmx dubju li fiż-żewġ każijiet l-atleti huma femminili
//= $special ?>