Malta għandha rata għolja ta’ persuni li jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u konsegwenza t’hekk dan iwassal biex bosta minnhom ikunu sidien ta’ djarhom għax jilħqu jġemmgħu somma ta’ flus.
Studju mwettaq mill-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli sab li 59% tal-Maltin bejn l-età ta’ 18 u 34 sena jgħixu mal-ġenituri tagħhom biex b’hekk pajjiżna għandu waħda mill-ogħla rati fl-Ewropa ta’ wlied li jibqgħu jgħixu fi djar tal-ġenituri tagħhom.
Madanakollu, dan iwassal biex dawn jilħqu iffaddlu iżjed flus biex eventwalment jixtru r-residenza tagħhom u mhux jikru.
Fil-fatt, f’pajjiżna 82.6% għandhom ir-residenza tagħhom, rata ferm ogħla minn dik tal-Eworpa li hija ta’ 64.1%.
L-istudju sab ukoll li f’Malta l-familja għandha rwol kruċjali, hekk kif dawn jippruvaw jaddattaw u jgħinu lil uliedhom mill-aħjar mod li jistgħu sabiex ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom.
Fl-aħħar 10 snin, il-presentaġġ ta’ proprjeta li ngħata forma ta’ rigal jew wirt irdoppja minn 10% għal 21%. Dan fl-istess waqt li bosta familji qed jgħinu lil uliedhom billi jagħtuhom somma flus jew saħansitra self biex dawn ikunu jistgħu jinagħtu loan ogħla.
Barra minn hekk, il-ġenituri jagħmlu użu mir-rabtiet soċjali tagħhom biex jgħinu lil uliedhom jiksbu loan ogħla jew b’rati ta’ interessi iktar baxxi.
Dan ir-rapport wera wkoll kif l-inizjattivi li kienu joffru l-Gvern u l-Knisja kienu ta’ għajnuna kbira lil dawk li xtaqu jixtru r-residenza tagħhom però fin-nuqqas ta’ dawn, il-familjari kellhom jagħmlu tajjeb huma.
Rapport ieħor is-sena li għaddiet tal-KPMG ikkonferma li 95% tal-persuni single f’Malta ma jaffordjawx 95% tal-proprjeta f’pajjiżna.
//= $special ?>