Mara ta’ 47 sena weġġgħet gravi wara li seħħet ħabta bejn karozza u mutur f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tad-09:00, f’Telgħet ix-Xemxija, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Honda misjuqa minn raġel mir-Repubblika Ċeka ta’ 40 sena residenti San Pawl il-Baħar, u mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Birkirkara. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 47 sena residenti Birkirkara.
Tim mediku ta l-għajnuna fil-post u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>