Anzjan ta’ 71 sena weġġa’ gravi wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-21:00, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal Santa Luċija, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn BMW X1 misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Pembroke, u mutur Suzuki Hayabusa misjuq minn raġel ta’ 71 sena residenti Birkirkara.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>