Żfin, ikel u atmosfera mill-isbaħ waqt il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu dan hekk kif inhi t-tradizzjoni, fl-ewwel Sibt ta’ Awwissu jsir dan il-ballu fil-Palazz Verdala b’risq The Malta Community Chest Fund.
Din kienet l-ewwel edizzjoni tal-Ballu organizzata taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono.
Il-ballu sar bil-parteċipazzjoni tal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll ta’ Happy Days Dance Studios li wasslu spettaklu mill-isbaħ quddiem dawk preżenti.
F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-President Myriam Spiteri Debono raddet ħajr lil kull min attenda għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu għax il-kontribut tagħhom huwa kruċjali biex The Malta Community Chest Fund tkun tista’ tkompli tassisti lil kull min ikollu bżonn l-għajnuna, fost oħrajn pazjenti li qed jingħataw il-kimoterapija.
Il-President esprimiet apprezzament għall-ħidma li wettaq iċ-Chairman tal-kumitat organizzattiv tal-Ballu, il-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata, flimkien mal-kumitat innifsu biex dan l-avveniment ikun suċċess.
Minn naħa tiegħu, il-Markeżin Daniel de Petri Testaferrata wkoll radd ħajr lill-kumpaniji u l-entitajiet kollha li bl-għajnuna tagħhom setgħet tittella’ edizzjoni oħra b’suċċess.
Intant, preżenti għal dan il-ballu kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien ma’ martu AnnMarie Grech.
//= $special ?>