F’dawn l-aħħar jiem, ir-Renju Unit qed jesperjenza aktar vjolenza wara l-attakki fir-raħal ta’ Southport, fejn żagħżugħ ta’ 17-il sena Axel Muganwa Rudakubana, kien arrestat. Rudakubana jinsab akkużat li qatel tliet itfal.
Wara dan il-każ xokkanti, bdew protesti u rvellijiet kontra l-immigrazzjoni madwar ir-Renju Unit, fejn in-nies bdew jinsultaw lil Musulmani. Diversi protesti seħħew fil-belt ta’ Liverpool.
Il-Pulizija rrispondew malajr, u s’issa ġew arrestati aktar minn 150 persuni.
Ilbieraħ, il-Prim Ministru Keir Starmer ħareġ stqarrija fejn ikkundanna dawn il-protesti. Minkejja dan, ħafna membri parlamentarji qed jipprovaw isejħu biex il-Parlament jerġa’ jitlaqqa’ – imma s’issa l-Kabinett għadu ma aċċettax. Fost dawn il-membri parlamentarji hemm il-kap ta’ Reform UK Nigel Farage, li qal li anke jekk dawn il-protesti jieqfu, il-problema kbira bl-immigrazzjoni tal-massa mingħajr l-integrazzjoni se tibqa’.
Intant, illum tlaqqa’ l-Kumitat Cobra sabiex il-Prim Ministru Ingliż jiddeċiedi x’miżuri ta’ emerġenza għandhom jittieħdu.
//= $special ?>