L-atleta mill-Kenya Beatrice Chebet rebħet l-ewwel midalja tad-deheb għall-Kenja f’din l-edizzjoni tal-Olimpjadi hekk kif saret iċ-champion il-ġdid tat-tellieqa tal-5000m tan-nisa.
Iċ-champion renjenati tal-1500m, Faith Kipyegon kellha ċans kbir li tirbaħ, madankollu ġiet diskwalifikata wara li daħlet fil-korsija tal-atleti l-oħra.
Sifan Hassan li rebħet din it-tellieqa fl-aħħar edizzjoni, temmet fit-tieni post bil-ħin ta’ 14:30.61.
Nadia Battocletti mill-Italja rebħet il-bronż u kienet l-aħħar atleta fuq il-podju.
//= $special ?>