Sport Sport Ieħor

Deheb u bronż għaċ-Ċina fl-isparar tar-rapid fire tal-irġiel

(Ritratt: EPA)

Dominju assolut miċ-Ċina li temmew fl-ewwel u fit-tielet post tal-finali tal-isparar tar-rapid fire pistold mill-kategorija tal-irġiel mid-distanza ta’ 25m.

Li Yuehong temm fl-ewwel post u rebaħ id-deheb b’total ta’ 32 punt, bl-atleta mill-Korea t’Isfel Cho Yeongjae jissepara ż-żewġ atleti miċ-Ċina u jispiċċa fit-tieni post.

Wang Xinjie temm fit-tielet post b’total ta’ 23 punt.