Bosta titjiriet lejn l-ajruport ewlieni ta’ Bejrut kellhom jitħassru – b’ħafna pajjiżi jitolbu liċ-ċittadini tagħhom sabiex jitilqu mil-Libanu immedjatament minħabba il-biża’ li qed tkompli tikber fil-Lvant Nofsani.
L-Iran wissa li ser ssir vendetta minħabba li nqatel il-kap tal-Hamas, Ismail Haniyeh, f’Tehran.
Qed jingħad li l-Hezbollah, grupp li huwa appoġġat mill-Iran, se jwassal għal reazzjoni minn naħa ta’ Iżrael. Dan għaliex Iżrael qed jtitfa’ l-ħtija tal-attakk li ħalla 12-il persuna mejta, fuq il-Hezbollah. Wara dan l-attakk, kien hemm botta u risposta bejn iż-żewġ naħat, b’attakki permezz ta’ drones u rockets.
L-Istati Uniti bagħtu aktar vapuri u ajruplani tal-gwerra biex jiddefendu lil Iżrael kontra l-attakki mill-Iran filwaqt li wissew lil dawk li jixtiequ jibqgħu fil-Libanu għandhom issibu kenn għal dawn il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>