Ekonomija Lokali

Il-ħtieġa ta’ bidla fil-mudell ekonomiku

Il-Budget li għandu jitressaq mill-Gvern f’Ottubru li ġej għandu jkollu jkollu sens ta’ direzzjoni – li kienet nieqsa mill-Budget tas-sena l-oħra.

Dan hekk kif issa Robert Abela donnu qed jinduna li Clyde Caruana kellu raġun dwar il-mudell ekonomiku u l-isplużjoni fil-popolazzjoni.

Dan intqal fl-editorjal tal-gazzetta ‘Malta Business Weekly’, li trattat ukoll il-kriżi politika li għaddej minnha pajjiżna matul dan is-sajf.

Kien wara xhur sħaħ ta’ insistenza mill-PN… illi il-Ministru tal-Finanzi issuġerixxa li hemm bżonn bidla fil-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna hekk kif pajjiżna spicca jiddependi minn ħaddiema impurtati mingħajr ebda preparazzjoni u kontro-miżuri; tant li issa – fi kliem dan l-editorjal – qed inbatu minn popolazzjoni u turiżmu li sploda bl-addoċċ.

L-istess gazzetta tinnota illi Robert Abela donnu qed jirrealizza li hemm problema, minkejja li dam wisq biex induna. U l-Prim Ministru qed jipprova jsolvi din il-kwistjoni b’certu restizzjonijiet; għalkemm hemm bżonn isir ħafna iżjed sabiex verament tiġi solvuta l-problema ta’ nuqqas ta’ pjanar fit-tul.

Il-Business Weekly tikkonkludi billi tispjega kif bil-Budget, il-Gvern għandu juri kif verament fehem il-kriżi li għaddej minnha pajjiżna, u li qed jippjana soluzzjonijiet sostenibbli għalihom.

Il-PN ilu żmien twil joffru soluzzjonijiet. Bil-Kap tal-PN Bernard Grech ressaq diversi proposti dwar kif pajjiżna jista’ jkollu jwalità ta’ ħajja aħjar… u kif il-pagi jistgħu jitjiebu permezz tal-ħolqien ta’ settur ġodda li joffru jobs aħjar għall-ħaddiema.