Lokali

Is-servizz tal-ilma sospiż f’numru ta’ lokalitajiet

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma informat lir-residenti ta’ Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Ħal Luqa, Santa Luċija, u z-zona industrijali tal-Marsa, li s-servizz tal-ilma se jiġi sospiż sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji.

Dan wara li intlaqat main tal-ilma waqt xogħlijiet infrastrutturali li għaddejjin fi Triq tal-Barrani, biswit ma’ Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabret fuq il-media soċjali li s-servizz tal-ilma mistenni jirritorna lura għan-normal għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, madanakollu numru ta’ persuni rċievew messaġġ li s-servizz jaf jirritonra għall-ħabta tal-23:30.

Minn naħa tagħha Infrasructure Malta qalet li l-Uffiċjali tagħha jinsabu fuq il-post biex il-ħsara tissewwa mill-aktar fis possbli.