Internazzjonali

Jinqatel ġurnalist fil-Messiku waqt li kien taħt il-protezzjoni tal-Pulizija

Journalists protest to draw attention to the latest wave of journalist killings, at the Angel of Independence monument in Mexico City, Monday, May 9, 2022. Two journalists Yessenia Mollinedo Falconi and Sheila Johana García Olivera, director and reporter, respectively, of the online news site El Veraz in Cosoleacaque, were shot to death in the state of Veracruz, on the Gulf of Mexico coast, on Monday. (AP Photo/Marco Ugarte)

Fil-Messiku jinqatel Alejandro Martinez, ġurnalist Messikan li kien jirrapporta dwar il-kriminalità vjolenti.

Martinez kien qed jivvjaġġa b’karozza ma’ żewġ gwardjani tas-sigurtà fl-istat ċentrali ta’ Guanajuato, il-Messiku. Skont rapporti internazzjonali, l-irġiel, li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, kienu armati meta sparaw tiri lejn Martinez.

Hu miet l-isptar minn feriti tal-balal li sofra waqt din l-isparatura.

Alejandro Martinez kien taħt il-protezzjoni tal-Pulizija wara li fl-2022 salva minn attakk simili u kien assenjat gwardjani tas-siġurtà taħt il-programm federali għall-ġurnalisti.

L-awtoritajiet lokali qalu li l-irġiel armati bdew jisparaw minn pickup truck fuq il-karozza li fiha kien hemm il-ġurnalist Martinez.

Alejandro Martinez, li kien magħruf bħala “The Son of the Lone Ranger”, kien imexxi sit popolari fuq il-midja soċjali, fejn kellu iżjed minn 340,000 segwaċi.

Intant, il-Messiku jitqies bħala wieħed mill-pajjiżi perikolużi għall-ġurnalisti, fejn iżjed minn 150 ħaddiem fil-midja nqatlu mill-1994 ‘il hawn.