Ir-Russja għamlitha ċara li l-qawwiet tagħha se jagħmlu li jistgħu biex iwaqqgħu lill-ajruplani fighter-jets tat-tip F-16 li l-Ukrajna għadha kemm irċeviet biex tirreżisti l-invażjoni ta’ artha mill-qawwiet tal-Kremlin.
U waqt li l-President Volodymyr Zelensky u l-Gvern tiegħu qed jiċċelebraw il-wasla tal-ewwel ajruplani ta’ manifattura Amerikana, l-uffiċjali f’Moska insistew li dawn l-ajruplani ‘mhumiex se jħallu impatt sinifikanti għall-iżviluppi fuq il-fronti tal-battalja fl-Ukrajna’. Dan fost is-sinjali li l-Ukreni anki qed iħejju biex jirċievu l-fighter-jets moderni mingħand l-Olanda u d-Danimarka.
Fil-verità, l-F-16s mistennija jagħmlu differenza sinifikanti għall-kapaċitajiet militari tal-Ukreni fi gwerra li ilha għaddejja minn Frar tal-2022. Dan waqt li l-President Zelensky qed jgħid li jinħtieġu aktar minn dawn l-ajruplani għad-difiża tal-ibliet Ukreni li spiċċaw kontinwament mira għall-missili tar-Russi.
L-esperti qablu li l-wasla tal-ewwel F-16s fl-Ukrajna fetħet kapitlu ġdid għall-qawwiet tal-ajru Ukreni li, qabel, kellhom jiddependu biss fuq il-jet-fighters antiki mill-era tal-eks Unjoni Sovjketika.
Intant, l-indikazzjonijiet huma li l-Ukrajna għandha tirċievi aktar fighter-jets moderni matul ix-xhur li ġejjin – għalkemm hu minnu wkoll li l-Ukreni mgħandhomx biżżejjed bdoti mħarrġin għal dawn l-ajruplani.
Il-pajjiżi tan-NATO impenjaw mas-70 fighter-jet tat-tip F-16 lill-Ukrajna wara li l-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, sena ilu, awtorizza lill-Alleati tal-Punent biex jipprovdu lill-qawwiet ta’ Zelensky b’dawn l-ajruplani.
L-F-16s, intant, se jkunu utli ħafna għad-difiża tal-Ukrajna li għandha anki numru limitat ta’ sistemi missilistiċi tat-tip surface-to-air….Armamenti moderni oħra li wkoll kienu provduti lill-Ukreni mill-Punent,
U peress li l-ajruplan F-16 jista’ iġorr il-bombi u l-missili, mhux eskluż li l-Ukreni, ‘il quddiem, jistgħu jużawhom għall-attakki speċifiċi kontra l-artijiet ta’ pajjiżhom okkupati mill-qawwiet tal-Kremlin. Fl-istess ħin l-ajruplani inkwistjoni kapaċi wkoll jieħdu sehem fl-azzjonijiet kontra l-miri militari fir-Russja proprja.
//= $special ?>