Internazzjonali

Spanja: Separatista Katalan lest li jirritorna u jisfida lill-Gvern ta’ Madrid

Carles Puigdemont,

L-Eks President tar-reġjun ta’ Katalunja, Carles Puigdemont, ħabbar l-intenzjoni biex jirritorna Spanja wara snin jiżgiċċa lis-sistema tal-ġustizzja Spanjola

Puigdemont, Eks MEP u li kien strumentali fil-kampanja falluta biex il-Katalunja tissepara mill-kumplament ta’ Spanja, bagħat ittra fuq il-midja soċjali biex iħabbar id-deċiżjoni li jirritorna pajjiżu wara seba’ snin  ta’ eżilju fi Franza u l-Belġju. Hu qal li dan il-pass hu ‘imminenti’ u li hu beħsiebu ‘jopponi r-ripressjoni ta’ Madrid’.

Fl-ittra, Puigdemont qal li jekk hu jispiċċa arrestat, din ma tkunx l-ewwel darba – u bl-istqarrija tirreferi għall-perjodi ta’ priġunerija li hu kien skonta fl-Italja u l-Ġermanja minħabba l-attività parlamentari tiegħu,.

Il-kap separatista kompa li hu ‘mija fil-mija’ konxju dwar is-sogru li jinżamm taħt arrest ladarba jirfes l-art mill-ġdid fi Spanja, Madankollu hu enfasizza li dan hu l-aħħar ċans għalih biex jevita t-twaqqif ta’ Gvern reġjonali f’Katalonja li jkun kollu kemm hu kontrollat minn Spanja. Il-Gvern reġjonali f’Katalunja għandu jibda jiffunzjona din il-ġimgħa stess u wara li jsir vot fil-Parlament tar-reġjun.