Id-Daniż Viktor Axelsen iddefenda t-titlu Olimpiku tiegħu meta għeleb lil Kunlavut Vitidsarn mit-Tajlandja biex għal darb’oħra rebaħ id-deheb.
Axelsen rebaħ bl-iskor identitku ta’ 21-11, 21-11 fi 52 minuta logħob.
Axelsen sar l-ewwel Ewropew li rebaħ finali tal-Badminton singles konsekuttivi. Simili ta’ Tokyo 2020, il-midalja tiegħu f’Pariġi hija l-unika waħda mirbuha minn Ewropew.
Fil-partita għall-midalja tal-Bronz, Zii Jia Lee mill-Malasja għeleb lil Sen Lakshya u rbeaħ il-Bronż.
//= $special ?>